Skip to content
IL-WEBSAJT UFFIĊJALI

Midja u Avvenimenti

JIŻDIEDU L-KARTI TAL-FLUS FOLOZ FIT-TIENI NOFS TAL-2013 IŻDA L-GĦADD TOTALI JIBQA’ BAXX ĦAFNA

JIŻDIEDU L-KARTI TAL-FLUS FOLOZ FIT-TIENI NOFS TAL-2013 IŻDA L-GĦADD TOTALI JIBQA’ BAXX ĦAFNA

13/01/2014


 

  • 353,000 karta tal-euro falza tneħħew miċ-ċirkolazzjoni fit-tieni nofs tal-2013. Din iċ-ċifra hija żgħira ħafna meta tqis li hemm aktar minn 15-il biljun karta tal-flus tajbin fiċ-ċirkolazzjoni.

  • Aktar minn 75% tal-karti tal-flus foloz huma tal-€20 u l-€50. Żdied in-numru ta’ karti foloz tal-€10, imma dan kien jirrappreżenta 6.3% biss tat-total.

  • Biex jingħelbu l-falsifikaturi, l-Eurosistema llum qiegħda tippreżenta €10 ġdida u aġġornata, it-tieni karta tal-flus fis-sensiela Europa.

  • Wieħed malajr jista’ jivverifika kwalunkwe karta tal-euro permezz tal-metodu “ħoss, ħares u mejjel”.

  • Il-karti tal-euro jibqgħu mezz fdat u sigur ta’ ħlas.

Fit-tieni nofs tal-2013 total ta’ 353,000 karta falza tal-euro tneħħa miċ-ċirkolazzjoni – żieda ta’ 11.4% fuq iċ-ċifra tal-ewwel nofs tas-sena. Madankollu l-għadd ta’ karti tal-flus foloz baqa’ żgħir ħafna meta jitqabbel mal-għadd ta’ karti tal-flus tajbin fiċ-ċirkolazzjoni matul dak il-perjodu (aktar minn 15-il biljun).

Hawn taħt tidher ix-xejra għal kull sitt xhur:

Perjodu

2010/2

2011/1

2011/2

2012/1

2012/2

2013/1

2013/2

Għadd ta' karti tal-flus foloz

364,000

296,000

310,000

251,000

280,000

317,000

353,000

Minkejja dan l-għadd żgħir, il-membri tal-Eurosistema – il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u t-18-il bank ċentrali nazzjonali taż-żona tal-euro – javżaw lill-pubbliku biex joqgħod attent kull meta jiġu karti tal-flus f’idejh. Il-karti tal-flus tajbin jintgħarfu faċilment permezz tal-metodu sempliċi “ħoss,ħares u mejjel” imfisser fil-paġni dwar l-euro fil-websajt tal-BĊE u fil-websajts tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema. Jekk persuna jkollha suspett dwar karta tal-flus, għandha tqabbilha ma’ waħda li żgur tkun tajba. Jekk is-suspett jiġi kkonfermat, il-persuna għandha tikkuntattja jew lil pulizija jew – skont il-prattika nazzjonali – il-bank ċentrali nazzjonali rispettiv.

It-tabella ta’ hawn taħt tagħti analiżi f’perċentwali, skont id-denominazzjoni, tal-għadd totali tal-karti tal-flus foloz irtirati miċ-ċirkolazzjoni fit-tieni sitt xhur tal-2013.

Denominazzjoni

€5

€10

€20

€50

€100

€200

€500

Analiżi f'perċentwali

0.4%

6.3%

43.0%

35.0%

12.9%

1.4%

1.0%

Matul dan il-perjodu:

  • il-karti tal-€20 u €50 għadhom l-iżjed karti tal-flus iffalsifikati. Il-proporzjon ta’ karti tal-flus foloz tal-€20 żdied u dak tal-karti tal-flus foloz tal-€50 naqas. Flimkien, kienu jgħoddu mas-78% tal-karti tal-flus foloz;

  • l-għadd tal-karti tal-flus foloz tal-€10 żdied, iżda din id-denominazzjoni kienet tirrappreżenta biss 6.3% tat-total; u

  • il-biċċa l-kbira (98.0%) tal-karti tal-flus foloz instabu fil-pajjiżi taż-żona tal-euro. Bejn wieħed u ieħor, 1.5% instabu fi Stati Membri tal-Unjoni Ewropea barra ż-żona tal-euro u 0.5% instabu f’partijiet oħra tad-dinja.

L-Eurosistema tikkomunika b’diversi modi biex tgħin lill-pubbliku jagħraf bejn karti tal-flus tajbin u dawk foloz, u biex dawk li jimmaniġġjaw il-flus kontanti jiżguraw li l-magni li jimmaniġġaw u jipproċessaw il-karti tal-flus jistgħu jidentifikaw b’mod affidabbli u jneħħu karti tal-flus foloz miċ-ċirkolazzjoni. L-Eurosistema għandha dmir tissalvagwarda l-integrità tal-karti tal-euro u tapplika t-titjib fit-teknoloġija tal-karti tal-flus. Is-sensiela Europa li qiegħda tintroduċi se tikkontribwixxi għaż-żamma tal-fiduċja tal-pubbliku fil-munita. Is-sensiela l-ġdida se toffri l-aħjar protezzjoni kontra l-falsifikazzjoni, billi l-karti tal-flus se jkunu iktar siguri u jservu iktar fit-tul.

Yves Mersch, membru tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE, illum ippreżenta l-karta l-ġdida tal-€10 tas-sensiela Europa, wara l-karta tal-€5 li ħarġet f’Mejju 2013. Il-karti tal-flus l-oħrajn f’din is-sensiela se jiġu introdotti b’mod gradwali matul is-snin li ġejjin.


Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni u Servizzi Lingwistiċi 
Kaiserstrasse 29, 60311 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
Tel.: +49 69 1344 7455
e-mail: info@ecb.europa.eu | internet: http://www.ecb.europa.eu | Kuntatti midja

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.


close

ACCESS TO MY ACCOUNT


Log in

Forgotten your password?

*Required data


Create an account


close

Feedback form


Feedback form for the download of materials

Please let us know how you intend to distribute our materials.

A confirmation of the availability of the publications requested will be sent to the name and address indicated in your account. If you would like to send the publications to another address, please indicate this below.

* Required data
** The publications are available free of charge from the ECB as long as stocks last.


close

Feedback form


Feedback form for the download of materials

Please let us know how you intend to distribute our materials.

* Required data


TERMS AND CONDITIONS


LETTER OF INTENT

We wish to use the electronic media and/or print media produced by the European Central Bank (ECB) to disseminate it further. We declare that:
1. Any information or materials received from the ECB will be used for information purposes only.
2. We will not use the “€ OUR MONEY” logo for purposes that could be detrimental to the euro nor for commercial or advertising purposes, and we will adhere to the style guidelines provided in the partnership kit.
3. Any electronic materials, pictures, files or documents provided by the ECB will remain its sole property. The ECB will reserve its or third-party copyrights. We will not pass any information or materials received from the ECB to any third party, except for production purposes.
4. Should we use the original master files of materials prepared by the ECB, we will preserve the integrity of the text.
5. We pledge to follow the reproduction rules for euro banknotes and coins as published in the Official Journal of the European Union and available on the ECB’s website at www.ecb.europa.eu/euro/html/reproduction.en.html
6. If we use electronic media online, we will include a link to www.new-euro-banknotes.eu and we will inform the ECB where the material has been used. We will inform ECB of the material used and will forward the links.
7. If we wish to distribute ECB materials, we understand that the stocks are limited. We will inform the ECB of the number of copies distributed, the means of distribution as well as the target groups.
On behalf of the company/institution mentioned above, we declare that we will refrain from using any materials either in printed or electronic form provided by the ECB until our membership of the Partnership Programme has been confirmed.
We will be liable for any damages incurred by the ECB should we not act in accordance with this Letter of Intent.
We also understand that the ECB reserves the right to terminate our membership at any time.


DISCLAIMER

This privacy notice is made on behalf of the European Central Bank (ECB) and applies to Havas 360, its sub-contractors and all central banks referred to as data processors below.
When you fill in the form on the website http://www.new-euro-banknotes.eu/, we collect personal information directly from you in order to provide you with information on euro banknotes. Your data will be used only for that purpose. You cannot receive information if you do not complete the form.
We keep information on your activity with us and delete it after three years of inactivity. We are committed to ensuring that your information is secure. In order to prevent unauthorised access or disclosure, we have put in place physical, electronic and managerial procedures to safeguard and secure the information we collect online.
We use this personal information to deal with your request(s), manage your account and offer you other ECB publications.
We disclose this information to our sub-contractor CetSI and on a need-to-know basis to the relevant data processors.

A. Your choices

1) You have the right to see the information that we have about you and to get mistakes corrected by contacting Havas 360;
2) You have the right to delete your account with Havas 360.

B. Important

Your information is protected by European Union law. National data protection laws apply in relation to the technical and organisational security measures to be applied by the data processors mentioned below, unless the data processor is the ECB. Contact details for the European Data Protection Supervisor can be found at http://ec.europa.eu/justice/data-protection/bodies/supervisor/index_en.htm.

C. How to reach us

C.1 Contact data of data controller

Egidijus Paleckis
European Central Bank
Sonnemannstrasse 22
60311 Frankfurt am Main
Germany
Phone: +49 69 1344 5312
E-mail: egidijus.paleckis@ecb.europa.eu
www.ecb.europa.eu

C.2 Contact data of data processors

C.2.1 General data processors

Laurent Lé
Havas 360
29/30 quai de Dion Bouton
Puteaux Cedex 92817
France
Phone: +33 1 58 47 92 43
Fax: +33 1 58 47 86 00
www.havas360.fr

Jerome Ospitaletche
CetSI
93/105 rue Veuve Lacroix
92000 NANTERRE
Phone: +33 1 41 19 40 50

C.2.2 Data processor for Member States and third countries

See data controller.

D. Final provisions

Data controllers may change this privacy notice from time to time by updating this page. You should check this page occasionally to ensure that you are satisfied with any changes. This privacy notice is effective from 22 November 2013.

you have to accept conditions


close
THE SERIES €20